Lokali

Mallia kellu jirreżenja minn jeddu – l-Editorjal ta’ The Sunday Times

Ir-recordings li ġew żvelati fl-aħħar jiem komplew jikkonfermaw aktar gideb u attentati ta’ cover-up fil-każ tal-isparatura mix-xufier ta’ Manwel Mallia.

Kien b’dan il-mod li l-Editorjal ta’ ‘The Sudnay Times of Malta’ ddeskriva l-iżviluppi f’dan il-każ. L-Editorjal jgħid li l-Prim Ministru Joseph Muscat naqas bil-kbir li ma neħħiex lil Mallia. Dan apparti li Manwel Mallia messu ilu li rriżenja minn jeddu.

L-Editorjal, intitolat ‘The Mallia Crisis’, jgħid li l-pajjiż qatt ma kien f’din is-siwazzjoni, ħlief fis-snin tmenin, fejn il-poplu mhux biss mhux qed jafda aktar lill-Pulizija, iżda agħar minn hekk, il-pubbliku qed jispicca jibża’ mill-Pulizija.

L-Editorjal itemm jgħid li l-attitudni tal-Gvern lejn il-poter trid tinbidel u l-Gvern ma jistax jibqa’ jagħmel li jrid. L-ebda maġġoranza ma tista’ tiġġustifika dak li mhux ġustifikat, kif prova jagħmel dan il-Gvern għal aktar minn darba, itemm jgħid l-Editorjal ta’ ‘The Sunday Times’.