PIETÀ H…………..0
TARXIEN R………0
Pietà H.: D. Cassar, C. Attard, C. Grech, LF Dos Santos, J. Pisani, O. Anonam, T. Agius (D. Agius 90), L. Micallef (G. Da Silva 68), C. Frances, R. Zacarias , Rodrigues Da Silva (K. Cesare 72)
TARXIEN R.: S. Mintoff, K. Farrugia, M. Caruana, A. Rodrigies Silva (L. Aquilina 90), C. Barbosa Viana, T. Caruana, R. Sammut, C. Hevia Menendez, A. Cini (J. Santos Silva 67), M. Tabone, A. Lopes Pereira
Imwissija: C. Grech, T. Agius, L. Fortunato Dos Santos (P), J. Santos Silva (T)
Referee: Fyodor Zammit
Plejer tal-logħba: Hevia Menendez (T)
Attendenza: 354
Pietà Hotspurs u Tarxien Rainbows ħadu punt kull wieħed fi draw mingħajr goals f’partita bilanċjata li kien jonqosha biss il-gowl imam x-xita kontinwa li għamlet għamlet l-affarijiet diffiċli għall-plejers.
Pietà kellhom sospiż lil Nikola Tasic u fadlilhom żewġ partiti oħra mingħajru imma rritorna Cain Attard wara li tilef il-konfront kontra Mosta. Clive Mizzi min-naħa tiegħu kellu bosta plejers nieqsa peress li qed jikkuraw xi injury.
Kienu Tarxien Rainbows li ħolqu l-ewwel periklu meta wara 12 -il minuta freekick ta’ Triston Caruana spiċċa ftit għoli. Fil-21 minuta waslet ir-risposta ta’ Pietà Hotspurs meta xutt minn distanza notevoli tal-veteran Orosco Anonam għadda ftit barra mil-lasti difiżi minn Sean Mintoff.
Fit-38 minuta xutt ta’ Claudio Frances għal Pietà kien imdawwar f’korner bi bravura mill-gowlkiper ta’ Tarxien Rainbows, Sean Mintoff.
L-andament fit-tieni taqsima baqa’ l-istess Fil-51 minuta xutt ta’ Cleber Barbosa Viana għadda għoli mil-lasti difiżi minn Sean Mintoff.
Il-logħob kien staġnat għal ħin twil bid-difiżi rispettivi jikkontrollaw lill-avversarji. Madankollu fl-aħħar għaxar minuti ż-żewġ naħat marru viċin il-gowl tar-rebħa. Pietà fit-80 minuta Pietà kellhom xutt b’saħħtu ta’ Rafael Xavier Zacarias li stampa mal-mimduda u tliet minuti wara kien imiss lil Cleber Barbosa Viana li jkun sfortunat għal Tarxien meta ra t-tentattiv tiegħu jistampa mal-mimduda.
//= $special ?>