BALZAN…………….1
QORMI……………….1
Balzan> S. Sultana, J. Grioli, S. Bezzina, E. Serrano Valero, E. Bilbao Zarate, S. Arab, L. Micallef (D. Grima 82’), J.P. Mifsud Triganza, O. Guerrero, L. Sciberras, G. Piccioni
Qormi> M. Farrugia, B. Bondin (A. Bruce 82’), M. Mazzetti Latini, J. Chetcuti (R. Micallef 65’), A. Effiong, F. Temile, E. Vella (S. Agius 72’), Z. Levnaic, D. Pisani, J. Bondin, A. Santos
Imwissija> O. Guerrero 23’, S. Arab 36’, L. Sciberras 57’ (B), M. Mazzetti Latini 17’, B. Bondin 63’, Z. Levnaic 90’, F. Temile 90’(Q)
Tkeċċa> S. Aarab 46’ (B), M. Mazzetti Latini 66’ (Q)
Skorjaw> O. Guerrero 19’ (B), R. Micallef 82’ (Q)
Referee> Andre Arciola
Plejer tal-Logħba> Anderson Santos (Qormi)
Attendenza> 606
F’partita li qamet fit-tieni taqsima, Qormi u Balzan ħadu punt kull wieħed fi draw meritat. Balzan kienu aħjar fl-ewwel taqsima iżda wara li sfaw b’raġel anqas, Qormi ħadu r-riedni tal-logħba, iżda ż-żewġ timijiet għadhom qed ifittxu r-rebħa b’Qormi jieħdu r-raba’ draw mill-aħħar ħames partiti filwaqt li Balzan ilhom tmien logħbiet bla rebħa b’ħames punti mill-aħħar tmien konfronti.
Il-kowċ Oliver Spiteri għamel żewġ bidliet mill-aħħar konfront tagħhom b’Samir Arab jibda flok Clive Brincat filwaqt li Jean Pierre Mifsud Triganza beda flok is-sospiż Ice-Cream Guobadia. Min-naħa l-oħra l-kowċ Josef Mansueto għamel xejn anqas minn erba’ bidliet mit-telfa kontra Hibernians b’Mazzetti Latini jieħu post Roderick Sammut fid-difiża, Emerson Vella ħa post Steve Agius filwaqt li Bjorn Bondin u Joseph Chetcuti bdew flok Ryan Micallef u Pietro Viggiani.
Qormi marru viċin il-gowl tal-vantaġġ fl-ewwel azzjoni tagħhom meta Alfred Effiong prova b’xutt fuq il-ġirja iżda l-gowlkiper Steve Sultana salva b’siequ.
Balzan marru fil-vantaġġ fid-19-il minuta meta minn free-kick ta’ Justin Grioli, id-difiża Qormija naqset li tbiegħed il-periklu u mill-kaxxa kien pront OSCAR GUERRERO li mill-viċin għeleb lil Matthew Farrugia.
Qormi marru viċin ftit minuti qabel tmiem l-ewwel taqsima meta minn azzjoni ta’ korner, id-daqqa ta’ ras ta’ Mazzetti għaddiet ftit barra.
Balzan kellhom ikomplu l-partita b’għaxar plejers meta fis-47 minuta tkeċċa Samir Arab għal Balzan wara li sofra t-tieni karta safra. B’vantaġġ numeriku Qormi bdew jilagħbu l-partita kollha fuq in-naħa ta’ Balzan iżda kellhom jistennew sad-59 minuta biex imorru viċin b’xutt b’saħħtu fil-baxx ta’ Anderson Santos li għadda ċentimetri barra. {ames minuti wara, Temile dar ma’ Serrano Valero iżda l-konklużjoni tiegħu għaddiet fuq il-lasti.
Il-kowċ Josef Mansuto għażel li jinkludi lil Ryan Micallef bil-għan li jkollhom aktar forza fl-attakk, iżda minuta wara l-Qriema sfaw ukoll jilagħbu b’għaxar plejers meta f’azzjoni identika bħat-tkeċċija ta’ Balzan, Mazzetti Latini ġie muri t-tieni karta safra għal fawl ħdejn il-kaxxa.
Iżda minkejja t-tkeċċija Qormi baqgħu fil-kmand tal-logħba u marru viċin fl-74 minuta meta minn kross ta’ Bjorn Bondin, is-sostitut Ryan Micallef prova b’daqqa ta’ ras li iżda ġiet mċaħħda mill-mimduda.
Balzan baqgħu jiddefendu fiż-żona tagħhom u Qormi irnexxilhom jiskorjaw fit-82 minuta meta s-sostitut RYAN MICALLEF b’xutt b’saħħtu fil-baxx għeleb lil Sultana.
//= $special ?>