Internazzjonali

Rapporti ta’ attakk Iżraeljan fis-Sirja

Ajruplan tal-gwerra Iżraeljan tiela minn bażi barra Beersheva, fin-Nofsinar ta' Iżrael

It-televiżjoni nazzjonali Sirjan u Lebaniż qed iħabbru li ajruplani militari Iżraeljani wettqu attakki mill-ajru fis-Sirja.
Jidher li fil-mira kien hemm zona qrib l-ajruport internazzjonali ta’ Damasku u post fil-belt Sirjana ta’ Dimas.
S’issa il-Gvern Iżraeljan m’hux qed jikkummenta dwar dawn ir-rapporti u l-awtoritajiet Sirjani ftit li xejn taw dettalji dwar fejn kien fil-mira.