F’tentattiv iddisprat biex jippruvaw jiskulpaw lil Kurt Farrugia, wara dak li ġie żvelat fl-aħħar jumejn mill-media tal-Partit Nazzjonalista, issa ħareġ li l-Uffiċċju tal-Prim Ministru għadda lit-Times of Malta u lil Maltatoday parti żgħira mir-recordings tat-telefonati li għaddew bejn Sheehan, l-Ministru Mallia, l-Aġent Kummissarju u Kurt Farrugia permezz tat-telephne tad-depot.
Jidher ċar li dan kollu huwa biex Kurt Farrugia ma jġorr l-ebda responsabilita’ f’din it-taħwida li saret biex isir ‘cover-up’ liema ‘cover-up’ ma rnexxiex biss grazzi għall-midja li ħarġet il-verita’.
Issa rriżulta mit-telefonati li kien Kurt Farrugia li kiteb l-istqarrija u bgħatha lid-DOI. Dan meta jkun hemm inċidenti bħal dawn huma l-Pulizija li normalment joħorġu stqarrija dwar dak li jkun ġara.
Jirriżulta wkoll li Kurt Farrugia kien qed joqgħod fuq dak li kien qed jgħid Shennan. Huwa nuqqas gravi li tinħareġ stqarrija tal-Gvern fuq inċident tant serju fejn xufier ta’ Ministru jagħmel attentat ta’ qtil u din l-istqarrija tkun unikament ibbażata fuq dak li jkun qed jgħidilhom l-istess xufier ta’ Ministru. Min kiteb din l-istqarrija u ħariġha kien jaf min qed jagħti din il-verżjoni u għażel li joqgħod fuqha. Dan kollu issa huwa konfermat.
//= $special ?>