Internazzjonali

Tħassib dwar attakki terroristiċi permezz tal-internet

Attakki terroristiċi permezz tal-internet u permezz ta’ drones kummerċjali jistgħu fil-futur jwasslu biex jiġġarrfu l-ajruplani.

Espert dwar l-assikurazzjoni qal li avvanzi tekniċi fid-disinn u fis-sistemi tan-navigazzjoni tal-ajruplani, naqqsu ċ-ċans biex wieħed imut f’tiġrif ta’ ajruplan. Iżda d-dipendenza mill-kompjuters qed twassal għal tipi ġodda ta’ riskji.

It-terroriżmu permezz tal-internet jista’ jibdel lill-pirata tal-ajru u lill-ġellied armat, tant li mistenni jsir l-arma tal-għażla f’attakki kontra l-komunita’ tal-avjazzjoni.