Internazzjonali

Twissija dwar l-ISIS fil-Libja

Gilles de Kerchove, ir-responsabbli tal-Unjoni Ewropea għal ħidma kontra t-terroriżmu, wissa li l-preżenza tal-ISIS fil-Libja tista’ tinfirex aktar fil-pajjiż.
Hu qal dan waqt intervista li ta lill-istazzjon Al Arabiya.
S’issa l-ISIS għandha l-kontroll tal-belt ta’ Derna fil-Lvant imma saħħa batuta fi bliet oħra Libjani.
Hu tkellem ukoll dwar it-theddida ta’ Musulmani li huma ċittadini ta’ pajjiżi Ewropej u wissa li fil-Belġju –fejn hemm is-sede kemm tal-Unjon i Ewropea kif ukoll tan-NATO –30 fil-mija tal-Għarab li jużaw l-Internet urew appoġġ għall-ISIS.
Hu qal li kien hemm tħassib għall-effetti tas-sitwazzjoni fil-Libja fuq l-Eġittu imma qal li s’issa ma kienu approvati ebda miżuri biex titrażżan it-theddida.