ŻEBBUĠ R………………1
MOSTA……………………1
Żebbuġ R.: F. Morales, T. Paris, M. Bartolo, M. Gauci (17 – M. Ciantar 46), 6 – Y. Camilleri, C. Monti, J. Borg, MO. Rodrigues Britto, L. Galea, M. Muchardi, LA Pena Marquez (B. Mamic 61)
Mosta: O.Borg, R. Ekani, T. Farrugia, A. Borg, K. Pulo, N. Milovanovic, R. Grech, K. Zammit, DM Bueno (B. Kaljevic 43), P. Calcado (K. Frendo 63), M. Ribeiro Dos Santos
Imwissija: Y. Camilleri, Monti, L. Galea (Ż), K. Zammit, K. Pulo, T. Farrugia, B. Kaljevic (M)
Skorjaw: M. Ribeiro Do Santos 41 (M), Rodrigues Britto 73 (Z)
Referee: Marco Borg
In-Nazzjon Plejer tal-logħba: Ribeiro Dos Santos (M)
Żebbuġ Rangers irnexxielhom iżommu fi draw 1-1 u jieġdu punt lill-avversarji aktar kwotati minnhom Mosta imma madankollu xorta għadu l-uniku tim mingħajr rebħa fil-Premier.
Żebbuġ kellhom jiddebutta magħhom il-Messikan Luis Alfredo Pena Marquez waqt li Mosta, apparti s-sospiżi Dyson Falzon u Kurt Magro, kellhom nieqes ukoll lil Mano Micallef li jinsab imweġġa’ waqt li Kaljevic beda fuq il-bank.
Bidu tajjeb għal Żebbuġ li wara appena tliet minuti kellhom xutt ta’ Rodrigues Britto li iżda kien salvat tajjeb mill-attent Omar Borg b’riflessi tajbin. Risposta minn Mosta fl-14-il minuta b’daqqa ta’ ras ta’ Tyrone Farrugia salvata minn Morales.
Mosta komplew fuq l-attakk u erba’ minuti wara freekick tajjeb ta’ Pedro Calacado stampa mal-mimduda.
Il-partita għaddiet minn fażi f’nofs il-ground bl-ebda tim ma jkun perikoluż sakemm fil-41 minuta Mosta fetħu l-iskor meta Morales żbalja l-passaġġ tiegħu li spiċċa għand MATTEUS RIBEIRO DOS SANTOS li approfitta u skorja l-ewwel gowl tiegħu bil-flokk Mosti. Żewġ minuti wara Mosta tilfu lill-atakkant Mariano Bueno u floku daħal Bojan Kaljevic.
L-ewwel azzjoni denja fit-tieni taqsima waslet minn Żebbuġ mas-siegħa logħob meta Miguel Ciantar stampa l-mimduda. Fit-68 minuta fuq in-naħa l-oħra kien Kaljevic li mpenja lil Morales.
Imma fit-73 minuta Żebbuġ kisbu d-draw meta cross Matthew Bartolo sab lil RODRIGUES BRITTO li bir-ras xeħet fix-xibka.
Sat-tmiem Mosta ppruvaw jiksbu l-gowl tat-tliet punti imma Milovanovic reġa’ kien imċaħħad minn Morales.
B’hekk Mosta naqsu milli jżommu l-pass mat-timijiet ta’ fuq u komplew iwaqqgħu punti mhux mistennija.
//= $special ?>