Il-Pulizija arrestat raġel mil-Gambia ta` 29 sena u residenti f’Bugibba, wara tfittxija li saret fl-appartament fejn joqgħod.
Waqt it-tfittxija l-Pulizija sabet madwar kilo ħaxixa tal-kannabis flimkien ma’ oġetti oħra relatati mat-traffikar tal-ħaxixa.
Bil-każ inħatru numru ta’ esperti sabiex jassistu fl-investigazzjoni. Hu mistennija jitressaq il-Qorti aktar tard illum quddiem il-Maġistrat tal-Għassa C. Galea.
//= $special ?>