Lokali

“Ejja nnadfu dal-pajjiż qabel ma ngħerqu iżjed” – Marlene Farrgia

Ejja nnaddfu lil dan il-pajjiż qabel ma jgħereq iktar. Kliem id-Deputat Laburista Marlene Farrugia li fuq Facebook wissiet lill-poplu Malti u fakkritu kif il-Gvern qed jikser il-wegħdiet tiegħu stess b’diversi deċiżjonijiet ħżiena fl-aħħar jiem.

Fuq Facebook, Marlene Farrugia saħqet li l-poplu għandu jqum fuq saħajh u jgħin biex il-pajjiż ma jkomplix jgħereq. Kif ukoll biex iżomm lil Malta l-ewwel u qabel kollox.

Marlene Farrugia kwotat lill-eks President Amerikan Thomas Jefferson li kien qal li dak li jigdeb darba, ikun kapaċi jigdeb għat-tieni u t-tielet darba sakemm il-gideb isir vizzju.

marlene farrugia