Lokali

ESKLUSSIVA: Il-ħames recording: “Diġa sparajt fuqu!”

MaltaRightNow qed ikompli jwasslilkom bl-aktar mod esklussiv it-telefonati tal-konversazzjonijiet li saru qabel, waqt u wara l-isparatura mix-xufier Paul Sheehan, ix-xufier tal-Mininistru Manwel Mallia.

Dan qed nagħmluh fid-dawl tal-fatt li l-Gvern qiegħed jipprova jissokta bit-tentattiv tiegħu li jogħstor il-verità tal-fatti li ġraw fil-lejl tal-Erbgħa, 19 ta’ Novembru li għadda meta x-xufier tal-Ministru Manwel Mallia spara żewġ tiri ta’ arma tan-nar fuq karozza misjuqa minn raġel wara ħabta fil-Gżira.

Ix-xufier tal-Ministru Manwel Mallia f’kuntatt telefoniku ieħor mal-Control Room jinstema’ jgħid li hu jinsab Taħt il-Mina ta’ Santa Venera fid-direzzjoni lejn il-Marsa u li diġà uża l-arma tan-nar tiegħu biex spara għal darba, darbtejn fuq is-sewwieq.

PC Ciangura fuq il-linja l-oħra tat-telefon jinstema’ jikkalma lix-xufier tal-Ministru Manwel Mallia u jgħidlu wkoll li kienu ġejjin ħdejh il-membri tal-RIU.

F’mument minnhom jinstema’ jgħid lix-xufier tal-karozza l-oħra “biex jirringrazzja lil Alla li ma sparajtx fuqek.”

F’mument ieħor jinstema’ jgħid li l-Pulizija lil “dan qed iżommuh għaliex qiegħed jikkummiedja għax hu f’sakra mejjet.”