Uffiċjali fil-belt ta’ La Roche-Sur-Yon kellhom ineħħu presepju f’kwistjoni dwar it-tradizzjonijiet sekulari tal-pajjiż.
Dan wara li Imħallef, f’Nantes, iddeċieda li x-xena tan-Nativita għandha titqies bħala ’emblema reliġjuża’ u xi ħaġa ‘inkompatibbli mal-prinċipju tal-Franċiżi li jħarsu n-newtralita reliġjuża fil-postijiet pubbliċi’. Ir-Repubblika Franċiża twaqqfet fuq is-sekulariżmu u timplimenta l-liġijiet stretti li jipprojbixxu simboli reliġjużi mill-iskejjel, l-isptarijiet u l-kunsilli lokali.
Sadanittant, l-uffiċjali f’La Roche-Sur-Yon neħħew ix-xbiegħa ta’ Ġesu Bambin, l-annimali tal-kartapesta u l-istalla li kienu ttellgħu fil-bini tal-kunsill lokali.
Aktar f’IN-NAZZJON ta’ għada
//= $special ?>