Grupp ta’ hackers assuma responsabbilta għal attakk fuq l-online store tal-Playstation, tal-kumpannija Sony.
Dan meta l-Playstation, ftit tal-jiem ilu, għalaq 20 sena bħala wieħed mill-aktar ‘gaming consoles’ popolari fid-dinja.
Grupp bl-isem ‘Lizard Squad’ qal li l-membri tiegħu ħasbu biex jinterrompu s-servizz u, issa, qed juża ‘PSN Login offline LizardSquad’ bħala status fuq Twitter.
Dan kien l-aktar f’sensiela ta’ attakki riċenti fuq Sony Corporation, il-kumpannija multinazzjonali meqjusa bħala waħda mill-‘ġganti’ fid-dinja tal-hi-tech. Sadanittant, is-Sony Entertainment Network (tal-Korporazzjoni) li jipprovdi servizzi tal-media diġitali, bagħat messaġġ fuq Twitter fejn qal li hu konxju mill-problemi tal-abbonaturi biex jaqbdu man-network tal-Playstation u li qed jinvestiga s-sitwazzjoni.