Lokali

Iweġġgħu wara li jaqgħu żewġ sulari

Aġġornata

Il-Pulizija ġew infurmati bl-inċident fid-9.15 ta’ filgħodu. Raġel wieħed għandu 45 sena u jgħix Ħaż-Żabbar, filwaqt li l-ieħor huwa ta’ 38 sena u hu residenti f’Ħ’Attard. Huma kienu qed iwaħħlu xi ħadid.

 

Aktar kmieni…

Żewġt irġiel weġġgħu wara li waqgħu minn għoli viċin l-istabbiliment ‘The Axis’ f’Paceville.

Kollox jindika li ż-żewġt irġiel kienu qed jaħdmu ġo gaġġa li tiddendel ma’ ġenb ta’ sit ta’ kostruzzjoni, biex jagħmlu xi xogħol minnha, meta għal xi raġuni il-gaġġa waqgħet xi sulari. L-inċident seħħ fi Triq San Ġorġ.

Fuq il-post issejjħet ambulanza u l-irġiel ittieħdu l-isptar għall-kura. Il-kundizzjoni tagħhom għad mhux magħrufa għalkemm kollox jindika li wieħed mill-irġiel weġġa’ gravi.