Aġġornata (9)
22:00: Il-Prim Ministru Joseph Muscat se jħalli lill-Ministru Manwel Mallia jiddeċiedu hu jekk irid jirriżenja! Ara x’ħareġ mill-Press Briefing billi tagħfas hawn għal rapport sħiħ ta’ dak li ntqal.
21:40: Wara sagħtejn jistennew f’Kastilja, jidher li fl-aħħar wasal il-kafe’ għall-ġurnalisti!
21:14 Fi tweet, il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil qal li b’kappriċċ, Joseph Muscat qed ikompli jħalli pajjiż sħiħ jistenna bil-ħniena sakemm jieħu deċiżjoni ovvja li messu ħa sa’ mill-bidu nett.
21:06 Skont rapporti li irċevejna, f’Kastilja wasal Michael Cassar – il-Kap tas-Servizzi tas-Sigurta’
21:04 Il-ġurnalisti ddaħħlu fil-kamra f’Kastilja fejn se ssir il-Press Briefing minn hawn u ftit ieħor.
20:59 Fi tweet it-Tnejn filgħodu, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil qal li l-agħar ħaġa fir-recordings li ġew żvelati huwa l-fatt li Joseph Muscat kien jaf bihom, iżda m’għamel xejn dwarhom.
20:27 Sa’ issa, il-Press Briefing għadu ma bediex u l-ġurnalisti għadhom qed jistennew ġewwa Kastilja. L-indikazzjonijiet huma li llejla l-Prim Ministru Joseph Muscat se jkun qed jitkellem dwar il-każ tal-isparatura mix-xufier tal-Ministru Manwel Mallia; partikolarment dwar l-inkjesta li kellha ssir minn bord ta’ tlett eks-ġudikanti.
20:08 Joseph Muscat wasal Kastilja. Dalwaqt mistennija ssir Press Briefing mal-edituri tal-ġurnali. Hu indikat li imbgħas issir Konferenza tal-Aħbarijiet aktar tard fid-9.00pm.
19:59 Informazzjoni li għandu dan is-sit tgħid li l-Prim Ministru Joseph Muscat jinsab fi triqtu lejn Kastilja.
19:48 Minkejja li ma kienux mistiedna, il-ġurnalisti ta’ Media.Link Communications xorta marru fl-Uffiċju tal-Prim Ministru fejn qed jinġabru numru ta’ ġurnalisti kif ukoll uffiċjali tal-Uffiċju tal-Prim Ministru, fosthom Kurt Farrugia – il-Kap tal-Komunikazzjoni tal-Prim Ministru Joseph Muscat.
Aktar kmieni…
Movumenti qrib l-Uffiċju tal-Prim Ministru jindikaw li aktar tard illejla se ssir konferenza tal-aħbarijiet.
Minkejja dawn il-movumenti, il-kamra tal-aħbarijiet ta’ Media.Link Communications għad ma rċevietx sejħa għal konferenza tal-aħbarijiet.
//= $special ?>