Lokali

Raġel l-isptar wara ħabta ‘head-on’

Raġel ta’ 49 sena mill-Imtarfa kellu jiddaħħal l-Isptar Mater Dei għall-kura wara li t-Tnejn waranofsinhar ħabat b’vann li kien qed isuq.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-sagħtejn u nofs ta’ waranofsinhar, meta r-raġel kien qed isuq il-vann tiegħu f’niżla li mir-Rabat tagħti għall-Baħrija, meta għal xi raġuni baqa’ dieħel head-on f’karozza li kienet ġejja mid-direzzjoni opposta.

Il-karozza l-oħra kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 39 sena mis-Siġġiewi.