Għawdex Lokali

Twissija mill-Gozo SPCA: Qattusa tweġġa’ f’nassa antika

L-SPCA ta’ Għawdex wissiet lill-pubbliku għall-attenzjoni wara li l-Ġimgħa li għadda qattusa nqabdet f’nassa antika f’San Lawrenz, Għawdex.

Kawża ta’ dan l-inċident, il-qattusa żlugat saqajha u kellha bżonn tingħata l-kura anke’ minħabba numru ta’ qatgħat li sofriet.

Mhux magħruf kemm kien ilha fil-post din in-nassa, li minkejja li hi antika u msadda, xorta waħda kienet għadha attiva.