Uffiċjali Filippini qalu li l-ammont tan-nies li tilfu ħajjithom b’konsegwenza tat-Tifun Hagupit issa laħaq il-21. Dan wara li l-maltemp ħakem il-gżejjer fiċ-ċentru tal-pajjiż fejn inqerdu numru ta’ djar u tqaċċtu numru kbir ta’ siġar u stallazzjonijiet tad-dawl.
Il-ħajja f’Manila, il-belt kapitali tal-Filippini, spiċċat prattikament paralizzata waqt li t-tifun għadda mill-gżira ewlenija ta’ Luzon, fid-direzzjoni tan-Nofsinar.
L-aħħar rapporti qalu li t-tifun, issa, niżel għal-livell ta’ maltempata tropikali.
Vittmi mit-Tifun Hagupit
