Ewropa Internazzjonali

Angela Merkel eletta mill-ġdid kap tas-CDU

Il-Kanċillier tal-Ġermanja Angela Merkel se tkun qed tibda t-tmien terminu tagħha ta’ sentejn bħala president tal-Christian Democratic Union (CDU). B’96.72 fil-mija tal-voti favur tagħha, dan hu t-tieni l-akbar riżultat tagħha wara dak li nkiseb fl-elezzjoni tal-2012, meta kisbet 97.94 fil-mija tal-voti.

Angela Merkel użat id-diskors tagħha biex tindirizza l-kritika dwar il-politika rigward ir-Russja.

“Dak li seħħ fl-Ukrajna, għal dawn l-aħħar xhur, iqajmu mistoqsijiet dwar l-ordni paċifika fl-Ewropa…ir-Russja qed tibqa’ tmur kontra l-liġi internazzjonali. Pajjiżi ġirien, f’daqqa waħda, m’għadhomx ħbieb, iżda sferi ta’ influwenza”, qalet Merkel, filwaqt li żiedet: “U aħna m’aħniex se negħlbu dawk il-problemi jekk ma nindirizzawhomx b’mod dirett – u s-CDU dejjem kien hemm biex iċċara l-kwistjonijiet.”

Vitali Klitschko, is-Sindku ta’ Kiev, kien fost il-politiċi u l-ministri tal-gvern li faħħru lil Angela Merkel talli kienet eletta mill-ġdid president tas-CDU.

Fl-Ewropa, il-Ġermanja hi qawwa reġjonali u l-fehmiet ta’ Merkel jiddominaw.

Fil-Ġermanja, hi tmexxi koalizzjoni tas-CDU u tas-Soċjal Demokratiċi (SPD). Hi alleanza li għandha 80 fil-mija tas-siġġijiet fil-parlament Ġermaniż, il-Bundestag