Internazzjonali

Arrestat Ġeneral Ċiniż talli ‘xaħħam’ bl-għoti ta’ vetturi mimlija bid-deheb

Ġeneral militari Ċiniż ta numru ta’ karozzi Mercedes mimlija b’diversi ingotti tad-deheb bħala parti minn ‘racket’ ta’ korruzzjoni li jammonta għal biljuni ta’ ewro.

Gu Junshan, Logutenent Ġenerali fl-Armata Ċiniża, kien arrestat fil-bidu tal-2012 u minn dak iż-żmien ’l hawn ma deherx fil-pubbliku. Hu jinsab suspettat b’involviment f’każ kbir ta’ korruzzjoni li allegatament jinvolvi t-tixħim ta’ karigi fil-militar.

Kmieni din is-sena, il-media Ċiniża ddeskriviet rejd imwettaq mill-pulizija matul is-sena li għaddiet fid-dar tal-Ġeneral fil-provinċja ta’ Heran. Erba’ trakkijiet mimlijin b’affarijiet lussużi nħatfu mid-dar ta’ Junshan, fosthom għexieren ta’ nbejjed prezzjużi li kienu f’kantina, kif ukoll statwa tad-deheb ta’ Chairman Mao.