Il-Kelliem tal-Gvern Carmelo Abela mistenni jinħatar Ministru ghall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, dan filwaqt li Manuel Mallia għadu ma rriżenjax.
Minkejja li għaddew aktar minn 13-il siegħa, mill-10pm tal-bieraħ, meta l-Prim Ministru Joseph Muscat talab lil Manwel Mallia biex jirriżenja, il-Ministru Manwel Mallia jidher li għadu qed jirreżisti t-talba li għamillu l-Prim Ministru.
Aktar kmieni d-Dipartimwent tal-Informazzjoni ħabbar li fis-2pm se jitħabbar Ministru ġdid għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali.
Dan juri kif Muscat baqa’ dgħajjef quddiem Manwel Mallia, tant li se jinħatar Ministru ġdid mingħajr Muscat ma keċċa lil Mallia minn qabel.
//= $special ?>