Lokali Qorti

FIL-QORTI – XHIEDA TAL-MAĠĠUR JOSEPH FARRUĠIA

“Paul Sheehan bħalissa hu sospiż mill-Korp ”-Il-Maġġur Joseph Farrugia

Il-Maġġur Joseph Farrugia li hu stazzjonat fid-Dipartiment tar-Riżorsi Umani tal-Pulizija, xehed illum fil-kumpilazzjoni u qal li bħalissa l-Kuntistabbli Paul Sheehan, li fost l-oħrajn qiegħed jiffaċċja akkuża ta’ attentat ta’ omiċidju volontarju, hu sospiż mill-Korp tal-Pulizija.

Hu qal li PC 533 Paul Sheehan daħal fil-Korp tal-Pulizija nhar il-15 ta’ Ottubru 1992.

Mistoqsi hux awtorizzat biex iġorr arma tan-nar, hu wieġeb fl-affermattiv b’permessi li ngħatawlu fit-2 ta’ Jannar tal-2008, fl-14 ta’ April tal-2011 u fl-1 ta’ Marzu tal-2012.