FUTBOL LOKALI: Fi stqarrija uffiċjali, Vittoriosa ħabbru li keċċew lill-kowċ Brian Spiteri. Vittoriosa bħalissa jinsabu fis-seba’ post fil-klassifika tal-Ewwel Diviżjoni u fi tmiem il-ġimgħa, fl-aħħar logħba ta’ Spiteri bħala kowċ, dawn ġew miżmuma draw 3-3 kontra B’Bugia. Fl-istqarrija Vittoriosa ħabbru li fil-jiem li ġejjin se jaħtru kowċ ġdid u sakemm jagħmlu dan l-assistent Robert Cassar se jmexxi lit-tim. Il-logħba li jmiss ta’ Vittoriosa se tkun dik ta’ nhar is-Sibt li ġej kontra Melita.
//= $special ?>