Lokali

IL-ĠURNALI DALGĦODU: It-Tlieta 9 ta’ Diċembru

Kif mistenni, il-faċċati tal-ġurnali kollha tat-Tlieta 9 ta’ Diċembru jitrattaw l-iżviluppi li seħħew it-Tnejn filgħaxija b’rabta mal-każ tal-isparatura mix-xufier ta’ Manwel Mallia u r-rapport tal-bord tal-inkjesta li saret minn tlett eks-ġudikanti, li dettalji dwaru tħabbru waqt ‘Press Briefing’ li saret f’Kastilja.

IN-NAZZJON tirraporta li Muscat se jħalli f’idejn Manwel Mallia biex jiddeċiedi jekk jirriżenjax jew le. Tirrapporta wkoll li tneħħa l-Aġent Kummissarju Ray Zammit. Tikkwota wkoll lill-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil jgħid li l-Prim Ministru Joseph Muscat tilef l-awtorita’ morali tiegħu għaliex falla fil-qadi ta’ dmirijietu bħala Prim Ministru.

L-ORIZZJONT tgħid li kienet mitluba r-riżenja tal-Ministru Mallia u tirrapporta wkoll dak li intqal fil-Press Briefing li saret f’Kastilja t-Tnejn filgħaxija. L-ORIZZONT b’rapport ukoll dwar aħbar li l-ftehim max-Shangai Electri se jkun iffirmat fil-jiem li ġejjin.

It-TIMES OF MALTA bil-faċċata kollha dedikata għall-iżvilppi tat-Tnejn dwar il-każ Manwel Mallia; tirrapporta li Mallia kien mitlub jirriżenja u li l-Prim Ministru keċċa lill-Aġent Kummissarju Ray Zammit, li postu se jimtela minn Michael Cassar li sal-bieraħ kien jokkuppa l-kariga ta’ Kap tas-Servizzi tas-Sigurta’.

THE MALTA INDEPENDENT f’ritratti fil-faċċata ta’ Manwel Mallia, Ray Zammit, Paul Sheehan, Silvio Scerri u Kurt Farrugia. Tirraporta li kemm iċ-Chief of Staff tal-Ministru Manwel Mallia Silvio Scerri kif ukoll il-Kap tal-Komunikazzjoni tal-Prim Ministru Kurt Farrugia jeħilsuha mir-rapport tal-inkjesta. Tirrapporta fil-faċċata li l-Prim Ministru qed jistenna r-riżenja ta’ Manwel Mallia.