Il-Kap tal-Oppożiżżjoni Simon Busuttil sostna li fl-ewwel test tiegħu ta’ tmexxija l-Prim ministru Jospeh Muscat falla bil-kbir għaliex ma kienx sod quddiem id-deċiżjoni meħtieġa li jneħħi lill-Ministru Manwel Mallia.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil għamel din id-dikjarazzjoni meta ndirizza konferenza tal-aħbaarijiet fid-Dar Ċentrali tal-PN li fiha kritika l-mod kif aġixxa l-Prim Ministru quddiem dan il-każ.
Hu qal li jirriżulta li l-Prim Ministru lanqas biss sejjaħ biex jixhed quddiem l-inkjesta meta jirrriżulta li l-email dwar l-istqarrija kienet komunikata lilu. Jirriżulta wkoll li wara li r aal-email, il-Prim Ministru mar jorod.
Dawn huma ċikortanzi, sostna Simon Busuttil, li juru kemm il-Prim Ministru ma jistax ikun fdat fit-teħid ta-ddeċiżjonijiet ta’ tmexxija tal-pajjiż.
Simon Busuttil kkritika wkoll il-ftat li ma nstabitx responsabbitla fil-konfront tal-Kap tal-Komunikazzjoni tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru Kurt Farrugia meta dan kien iil-perusn ali filf-att kiteb l-istqarrija.
Il-Kap tal-PN sostna li din ir-responsabbilta ma nstabitx għaliex kien din kienet tfisser responsabbilta politika tal-Prim Ministru. Simon Busuttil sostna li l-Oppoċizzjoni kellha raġun meta qalet li l-inkjesta kien eċerċizzju inutli u li wassal biss biex il-pajjiż dam tliet ġimgħat jistenna deċiżjoni.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni sejjaaħ lill-Prim Ministru bħala wieħed dgħajjef għall-fatt li propju fil-mument tal-konferenza tal-aħbarijiet il-Gvern ħabbar li se jku maħtur Ministru tal-Intern ġdid iżda l-Ministru Mallia għadu ma rriżenjax.
//= $special ?>