Kif ammetta waqt il-konferenza tal-aħbarijiet illum waranofsinhar, il-Prim Ministru Joseph Muscat kien jaf b’dak kollu li seħħ fl-isparatura tax-xufier tal-Ministru Manuel Mallia, mill-istess Ministru permezz ta’ telefonata jew telefonati.
Fil-konferenza tal-aħbarijiet, Muscat qal li ma kienx jaf li t-tiri ma kienux sparati fl-arja imma kienu sparati fid-direzzjoni tax-xufier tal-karozza l-oħra.
Joseph Muscat kien jaf li t-tiri ma kienux warning shots għaliex fil-konverżazzjoni li kellu mal-Ministru Mallia, żgur li ġew diskussi t-tiri u d-direzzjoni li ġew sparati lejhom. Dan ifisser li Muscat gideb waqt il-konferenza tal-aħbarijiet meta qal li ma kienx jaf.
Jekk Muscat veru ma kienx jaf u jiġifieri li l-Ministru Manuel Mallia kien qed jigdiblu waqt it-telefonata, Muscat aktar u aktar messu aġixxa l-għada filgħodu u keċċieh minnufih.
Ftit jiem wara l-każ, meta mistoqsi x’ħin kien sar jaf dwar il-każ, il-Prim Ministru wieġeb b’dan il-mod.
Kollox ma’ kollox, wieħed jista’ jikkonkludi li Muscat ma kienx onest – jew ma kienx onest illum jew ma kienx onest l-għada tal-isparatura.
//= $special ?>