Internazzjonali

Jinħeles l-aħħar ostaġġ Franċiż

Il-President Franċiż Francois Hollande ħabbar li l-aħħar ostaġġ Franċiż li nżamm minn militanti Iżlamiċi nħeles wara aktar minn tliet snin.

Serge Lazarevic kien inħataf fil-Mali f’Novembru 2011 flimkien ma’ Philippe Verdon, ċittadin Franċiż ieħor.

Militanti mill-grupp ta’ al-Qaeda fil-Maghreb Iżlamiku (AQIM) qatel lil Verdon is-sena l-oħra b’ritaljazzjoni għall-intervent Franċiż fil-Mali.

Il-President Hollande qal li ma kien hemm ebda ostaġġ Franċiż ieħor li kien qed jistenna biex jinħeles.

Francois Hollande stqarr li Lazarevic kien b’saħħtu minkejja l-kundizzjonijiet li kien qed jgħix fihom u kien fi triqtu lejn il-pajjiż ġar tan-Niġer biex minn hemm imur lura f’art twelidu.