Lokali

Jinsterqu tlett’irziezet f’Ħal Għaxaq – jinstab kelb tal-għassa mejjet

habta
Incident

Numru ta’ annimali miżmuma fi tliet irżiezet fi Triq L-Andar, f’Ħal-Għaxaq insterqu matul il-lejl li għadda.

Kelb tal-għassa ta’ wieħed mill-irziezet instab mejjet. Madankollu fuqu ma nstabet l-ebda vjolenza u għalhekk kienet ordnata awtopsja biex isir magħruf biex miet il-kelb.

Is-sidien tal-irziezet, li jinsabu qrib xulxin, irrapurtaw lill-Pulizija li l-każ seħħ f’xi ħin bejn is-19:30 tal-Ħadd filgħaxija u l-03:45 tat-Tnejn filgħodu.

Skont ir-rapport lill-Pulizija, mill-ewwel razzett insterqu erba’ mogħżiet, mit-tieni razzett insterqu tnax-il għoġol u mogħża, filwaqt li mit-tielet razzett insterqu ħames vrieden.

Dwar dan il-każ infetħet inkjesta li qed titmexxa mill-Maġistrat Ian Farrugia, li ħatar diversi esperti biex jassistuh. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadom għaddejjin.