Lokali

Jittajru żewġ anzjani f’inċidenti separati f’Birkirkara

Mara ta’ 78 sena minn Birkirkara ttieħdet l-isptar issofri minn xi ġrieħi wara li ttajret fi Triq Notabile, f’Birkirkara, viċin il-bini tal-MFSA. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-erbgħa u nofs ta’ wara nofsinhar.

L-anzjana ttajret minn żagħżugħ ta’ 23 sena minn Ħad-Dingli, li kien qed isuq vettura tat-tip Peugeot Boxer. Anke’ ż-żagħżugħ spiċċa l-isptar minħabba x-xokk li sofra.

Intant nofs siegħa qabel, għall-ħabta tal-erbgħa ta’ wara nofsinhar, ittajjar anzjan ieħor, din id-darba fi Triq Tumas Galea, f’Birkirkara stess. L-anzjan, li għandu 68 sena, ittieħed l-isptar madankollu ma jinsabx fil-periklu tal-mewt.

Ir-raġel ittajjar minn raġel ta’ 31 sena residenti Birkirkara stess li kien qed isuq vettura tat-tip Toyota Toyoace.