Formula 1 Sport

Kvyat ivvutat l-aqwa debuttant

FORMULA 1: L-eks sewwieq tat-Toro Rosso u s-sewwieq il-ġdid tar-Red Bull Daniil Kvyat ġie ivvutat bħala l-aqwa sewwieq li iddebutta fil-Formula 1 fl-istaġun li għadu kemm intemm ftit tal-ġimgħat ilu. Wara li fl-2013 rebaħ il-GP3 Series, Kvyat kellu sena ferm pożittiva mat-Toro Rosso fejn kiseb tmien punti u spiċċa tliet darbiet konsekuttivi fid-disa’ post. Fl-istaġun li ġej Kvyat se jkun qed jieħu post l-eks champion Sebastian Vettel li ftit ilu ħalla lir-Red Bull u ingħaqad mal-Ferrari. Kvyat se jkun qed isuq flimkien mas-sewwieq Awstraljan Daniel Ricciardo.