Wara li l-Ministru Manwel Mallia baqa’ ma riedx jirriżenja, il-Prim Ministru Joseph Muscat ma kellux għażla oħra ħlief li jkeċċieh ħalli jkun jista’ jieħu l-ġurament Carmelo Abela.
Jirriżulta li minħabba d-dgħjufija politika tiegħu, Joseph Muscat baqa’ ma riedx ineħħi lil Manwel Mallia minn Ministru. Madankollu, illum ma kellux għażla oħra minħabba li ried jaħtar Ministru ġdid għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali.
Sadanittant, fl-aħħar żviluppi, ftit wara s-2pm Carmelo Abela ngħata l-ġurament bħala l-Ministru l-ġdid tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali. Madankollu, mill-portafoll tiegħu tneħħa s-settur tax-xandir tal-Istat, li issa ngħadda f’idejn il-Ministru Owen Bonnici, filwaqt li s-settur tal-Industrija tal-Films ingħadda f’idejn il-Ministru Edward Zammit Lewis.
Fit-3pm, il-Prim Ministru Joseph Muscat mistenni jindirizza konferenza tal-aħbarijiet fil-Berġa ta’ Kastilja.
Aktar dettalji dalwaqt …
//= $special ?>