Minkejja li għaddew aktar minn 13-il siegħa, mill-10pm tal-bieraħ, meta l-Prim Ministru Joseph Muscat talab lil Manwel Mallia biex jirriżenja għalkemm il-Ministru Manwel Mallia għadu ma rriżenjax, id-Dipartimwent tal-Informazzjoni ħabbar li fis-2pm se jitħabbar Ministru ġdid għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali.
Il-Prim Ministru Muscat wera kemm hu dgħajjef billi wara dawn is-sigħat kollha baqa’ ma keċċiex lill-Ministru Mallia. Min-naħa tiegħu, Manwel Mallia jidher li baqa’ jwebbes rasu u ma jirriżenjax. Fis-sigħat li għaddew, kienu diversi l-ġurnalisti li ppruvaw jieħdu l-kummenti ta’ Manwel Mallia, iżda dan baqa’ ma qal xejn dwar l-intenzjonijiet tiegħu.
Wara dawn l-aħħar żviluppi, u minkejja li Manwel Mallia baqa’ ma rriżenjax, il-Gvern ħabbar li se jinħatar Ministru ġdid għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali. Dan juri kif Muscat baqa’ dgħajjef quddiem Manwel Mallia, tant li se jinħatar Ministru ġdid mingħajr Muscat ma keċċa lil Mallia minn qabel.
//= $special ?>