Lokali

Nippubblikaw it-tnax-il telefonata: “Għalfej tiġi? Mhux biex naraw x’ġara u ma ġarax!”

Fit-tnax-il telefonata il-Maġġur Monreal jiġi mqabbad ma’ Paul Sheehan, u jsaqsih jekk hux “ġej hawn, fej qiegħed?”. Sheehan isaqsi lil Maġġur għalfejn għandu jmur, u tinstema’ daħqa minn taħt. Il-Maġġur jispjega lil Sheehan li għandu jmur sabiex “naraw x’ġara u ma ġarax”.

Sheehan jispjega li ħadd ma qallu li għandu jmur id-Depot, u jtenni kif hu kien “qed jistenna biex joħdulu statement” fl-għassa ta-Sliema. Mistoqsi jekk hux qiegħed l-għassa, Sheehan jirrispondi li ma kienx, u li dak il-ħin kien id-dar.

Il-Maġġur jgħid lil Sheehan li hu d-Depot kellu jmur, u li minn tas-Sliema ma kienu se joħdulu xejn. Il-Maġġur jagħlaq billi jgħid lil Sheehan biex imur id-Depot minnufih, “ejja, mhux gas down, imma ejja issa.