Lokali

Nippubblikaw l-għaxar u l-ħdax-il telefonata: “Il-Ministru qalli biex noqgħod id-dar!” – Paul Sheehan lil Maġġur tal-Pulizija

Fl-għaxar telefonata, Paul Sheehan jgħid li l-Ministru qallu biex joqgħod id-dar. Fil-ħdax-il telefonata, l-eks Aġent Kummissarju Ray Zammit jitlob lil Sheehan għan-numru tal-mobile tiegħu

Il-Maġġur fl-HR iċempel lill-Kuntistabbli Paul Sheehan u jgħidlu li kellu envelopp mingħand il-Kummissarju għalih “aqbeż qabża għalih jekk jgħoġbok.”

Hawnhekk Paul Sheehan iwieġeb li: “Bil-Malti qaluli biex għalissa ma noħroġx mid-dar.”

Il-Maġġur: “Min qallek imma? Forsi min qiegħed jinvestiga?”

Paul Sheehan: “Il-Ministru hekk qalli.”

Il-Maġġur: “Il-Kummissarju qalli biex inċempillek u nibgħat għalik ħalli tippikkja l-ittra li għandek mingħandu u kif tkun hawnhekk u kif tkun hawnhekk irid ikellmek l-Assistent Kummissarju Magri.”

Paul Sheehan: “Orrajt.”

Il-Maġġur: “Li qalli l-Kummissarju qiegħed ngħidlek hija…

Żomm naqra.. naħseb li qallek il-Ministru jirbaħ! Mela oqgħod id-dar ħalli nerġa’ nkellem lill-Kummissarju u se nerġa’ nċempillek lura. Ma jmurx jgħidlek li ma obdejtux.”

Paul Sheehan: “L-ewwel kienu xil-ħdax u nofs hekk qalli…

Għidlu li qed nistenna biex immur l-Għassa biex nagħmel l-istqarrija.”

Il-Maġġur: “Se nċempillek lura hi.”

Fil-ħdax-il telefonata, l-Aġent Kummissarju jsaqsi lil Paul Sheehan għan-numru tal-mobile tiegħu. Paul Sheehan jgħaddilu n-numru u l-Kummissarju jgħidlu: “OK ġej”, qabel ma jaqta’.