Lokali

Tingħalaq it-Triq tal-Barrani wara inċident tat-traffiku

Inċident li seħħ fis-sigħat bikrin tat-Tlieta filgħodu wassal biex it-Triq tal-Barrani kellha tingħalaq għal xi ħin.

Fl-inċident, li seħħ għall-ħabta tal-4.50 ta’ filgħodu, raġel ta’ 54 sena li joqgħod iż-Żejtun għal xi raġuni kellu impatt ma’ siġra fi Triq tal-Barrani f’Ħal Tarxien.

Ir-raġel kien qed isuq vettura tat-tip Toyota Vitz u kien ġej mir-roundabout ta’ Ħal Tarxien lejn iż-Żejtun.

Il-vettura ġarrbet ħsarat esensivi filwaqt li fuq il-post issejjħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-isptar. Il-kundizzjoni tar-raġel għad mhux magħrufa minkejja li ma jidhirx li jnsab fil-periklu tal-mewt.

L-inċident wassal biex għal xi ħin it-triq kellha tingħalaq.