Fil-Parlament, l-Erbgħa filgħaxija, sar dibattitu dwar il-każ tal-isparatura mix-xufier tal-eks-Ministru Manwel Mallia u d-deċiżjoni tal-Prim Ministru li jkeċċi ta’ Manwel Mallia minn Ministru.
Maltarightnow.com offra servizz kontinwu ta’ aġġornamenti dwar dak li qed jintqal fil-Parlament.
21.34 – Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista, Simon Busuttil jistieden lil poplu biex jagħmel il-ġudizzju tiegħu dwar dak kollu li seħħ fl-aħħar ġimgħat.
21.32 – Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista, Simon Busuttil jgħid li l-Oppożizzjoni qed taqdi d-dmir tagħha li tgħid il-verita’. Qed tinforma lil poplu b’dak li l-Gvern qed jaħbi minnu.
21.31 – Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista, Simon Busuttil jgħid li l-Prim Ministru tilef il-kredibilità tiegħu u li l-poplu Malti jrid li jgħix f’pajjiż normali. Jistqarr li dak li għamel il-Prim Ministru jmur kontra din ix-xewqa tal-Maltin.
21.30 – Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista, Simon Busuttil jikkwota deputati Laburisti li qalu li dan kien il-bidu tat-tmiem tal-Moviment Laburista. Jistaqsi x’se jagħmel il-Prim Ministru fid-dawl ta’ din il-kritika.
21.28 – Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista, Simon Busuttil jgħid li hu, bħala Kap tal-Oppożizzjoni, ġarr ir-responsabbilta’ politika billi żvela l-verita’.
21.27 – Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista, Simon Busuttil jgħid li Manwel Mallia kellu jirreżenja għax kien il-Ministru responsabbli. Jgħid li għandu jirreżenja wkoll il-Kap tal-Komunikazzjoni fl-Uffiċju tal-Prim Ministru Kurt Farrugia, li hu stess kiteb u ippublika l-istqarrija falza dwar dak li seħħ f’dak il-lejl.
21.24 – Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista, Simon Busuttil jistaqsi lil Prim Ministru Joseph Muscat: “Aħna nistgħu nafdawk biex tiddeċiedi għalina jekk, fuq kwistjoni daqshekk ovvja, ma kontx kapaċi tagħmel deċiżjoni?”
21.22 – Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista, Simon Busuttil: “Kulħadd kien jaf li l-isparaturi ma kinux warning shots. Possibli li inti biss ma kontx taf?”
21.20 – Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista, Simon Busuttil jistaqsi: “Prim Ministru, fil-lejl li fih xufier tal-Ministru tiegħek jispara tiri lejn persuna oħra, inti tmur torqod?”
21.19 – Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista, Simon Busuttil jikkwota mir-rapport tal-inkjesta. Jistaqsi kif l-inkjesta ma bagħtitx għal Prim Ministru imma fir-rapport tikteb li l-Prim Ministru, dakinhar, “mar jorqod”.
21.18 – Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista, Simon Busuttil jistaqsi jekk il-verità ħarġitx kollha kemm hi fil-beraħ.
21.17 – Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista, Simon Busuttil: “Il-pajjiż kollu kien jaf il-verità, imma l-poplu ried li tintrefa’ r-responsabbilta’ politika”. Isaqsi għaliex il-Prim Ministru kellu bżonn inkjesta biex jiżvela li kienet cover-up. Jgħid li l-inkjesta ma qalet xejn li ma kienx diġa’ ovvju.
21.15 – Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista, Simon Busuttil ifakkar fil-kliem li l-Prim Ministru kien qal waqt programm televiżiv, fejn qal li mhux se jġiegħel lil Manwel Mallia jirreżenja minħabba li wara l-inkjesta se jkun qed jerġa’ jappuntah. Dan qanqal dubju dwar l-awtentiċita’ tal-inkjesta.
21.13 – Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista, Simon Busuttil jgħid li huwa xokkanti l-fatt li x-xufier tal-Ministru kellu l-ardir li jispara waqt li qiegħed fuq il-linja mal-Pulizija!
21.11 – Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista, Simon Busuttil jgħid li l-Gvern qed jimmanipula l-verità u l-poplu qed jirrealizza kemm kienet kbira l-manipulazzjoni min-naħa tal-Gvern. Ifakkar kif l-Oppożizzjoni, malli waslitilha l-verita’ kollha, ippublikat ir-recordings kollha. Dan b’kuntrast ma’ Gvern li għażel li jippublika biss dak li jaqbillu.
21.09 – Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista, Simon Busuttil ifakkar f’każijiet li feġġew fl-aħħar xhur ta’ Gvern Laburista, fejn irrakkonta aħbarijiet li kkonċernaw lil Cyrus Engerer, Luciano Busuttil u Helena Dalli.
21.06 – Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista, Simon Busuttil: Il-Gvern waqa’ għar-redikolu u l-poplu Malti qed jidħak bil-mod kif il-Prim Ministru ġab ruħu f’dan l-inċident.
21.04 – Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista, Simon Busuttil: “Prim Ministru, jien ma nibżax mit-theddid tiegħek”.
21.03 – Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista, Simon Busuttil: “Kieku ma kienx għall-Oppożizzjoni, il-verita’ ma kinitx toħroġ fil-beraħ”. Il-Prim Ministru qed iwettaq politika ta’ rikatt.
20.58 – Il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali (maħtur minflok Manwel Mallia), Carmelo Abela jgħid li dalgħodu ltaqa’ ma’ Manwel Mallia, li awguralu għal ħatra ġdida tiegħu. Qal li jittama li jkollu transazzjoni tajba fit-tmexxija tal-Ministeru u wiegħed li se iwettaq il-bidliet meħtieġa.
20.55 – Il-Kelliem għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji Żgħar, Mario De Marco: “Il-mod kif il-Gvern se jimxi wara dan l-inċident se jkollha impatt sħiħ fuq il-mod kif il-Maltin iħarsu lejn il-politika”.
20.51 – Il-Kelliem għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji Żgħar, Mario De Marco jgħid li l-poplu stenna aħjar: stenna li l-Gvern jgħaqqad u mhux jifred. Il-poplu stenna lil Gvern biex jieħu d-deċiżjonijiet li hemm bżonn fil-ħin li hemm bżonn.
20.47 – Il-Kelliem għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji Żgħar, Mario De Marco jgħid li l-Korp għandu jkun parti mill-amministrazzjoni (mill-Gvern) iżda jaqdi dmirijietu b’mod ħieles. Iridu jsiru strutturi li jevitaw li inċidenti bħal dawk li seħħew fl-aħħar ġimgħat jirrepetu ruħhom.
20.46 – Il-Kelliem għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji Żgħar, Mario De Marco jirringrazzja lil membri ġenwini tal-Korp tal-Pulizija, li ta’ kuljum jistinkaw biex jaqdu dmirhom bl-aħjar mod possibli. Jgħid li hi ħasra li dak li ġara fl-aħħar ġimgħat xejjen il-fiduċja tal-poplu Malti fil-Korp.
20.44 – Il-Kelliem għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji Żgħar, Mario De Marco jappella lil Gvern biex, wara l-istqarrija tal-Prim Ministru li Malta għandha “l-aqwa kabinett fl-istorja”, jibda jimxi mal-prassi Ewropej.
20.40 – Il-Kelliem għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji Żgħar, Mario De Marco: “Twaħħaxna bil-mod kif l-Aġent Kummissarju ħadem biex jogħġob lil politiċi, u mhux biex jaqdi dmiru”.
20.36 – Il-Kelliem għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji Żgħar, Mario De Marco jgħid li l-istrateġija tal-Gvern kellha numru ta’ effetti negattivi, fosthom li daħlet mentalita’ li min hu “ġewwa” (fil-Gvern) huwa protett. Jgħid li din il-mentalita’ ġiet minn fuq nett, għax “l-eżempju jkaxkar”.
20.31 – Il-Ministru għat-Turiżmu, Edward Zammit-Lewis jgħid li l-Oppożizzjoni kienet opportunistika u pruvat tuża dan il-każ għall-gwadan politiku. Jgħid li l-Prim Ministru m’għamilx id-deċiżjoni tiegħu mal-ewwel għax “ma riedx jagħmilha ta’ Sherlock Holmes“.
20.25 – Il-Ministru għat-Turiżmu, Edward Zammit-Lewis jgħid li llum għandna sitwazzjoni fejn il-Prim Ministru ħa azzjoni f’waqtha.
20.17 – Il-Kelliem għall-Affarijiet Barranin, Carm Mifsud Bonnici, jitkellem dwar il-mewt taż-żagħżugħ Niġerjan u li d-dettalji tal-inkjesta ġew pubblikati wara li saret l-investigazzjoni tal-Imħallef Jeffrey Valenzia. Ir-rapport kien intbagħat lil Kap tal-Forzi Armati u lil Kummissarju tal-Pulizija. Jgħid li hu qatt ma kien involut f’xi cover-up.
20.11 – Il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, Evarist Bartolo jirreferi għal każ tax-xiri taż-żejt u filwaqt li jsemmi biss spunti minn dak li qed ikun investigat, juża’ dan l-argument biex jiddefendi l-aġir tal-Gvern.
20.05 – Il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, Evarist Bartolo jgħid li l-Oppożizzjoni għandha aġir arroganti.
20.00 – Il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, Evarist Bartolo jgħid li l-Partit Nazzjonalista qed jippriedka l-beatitudni u l-virtujiet. Iqabbel lil Oppożizzjoni mal-Fariżej.
19.58 – Is-Segretarju Parlamentari għal Presidenza tal-Unjoni Ewropea 2017 u Fondi Ewropej, Ian Borg jgħid li l-Prim Ministru aġixxa b’mod serju għax ħa d-deċiżjonijiet neċessarji fi spazju ta’ “ftit minuti”.
19.57 – Is-Segretarju Parlamentari għal Presidenza tal-Unjoni Ewropea 2017 u Fondi Ewropej, Ian Borg jgħid li l-Partit Laburista qed ibiddel il-kultura politika f’Malta.
19.55 – Is-Segretarju Parlamentari għal Presidenza tal-Unjoni Ewropea 2017 u Fondi Ewropej, Ian Borg biex jiddefendi l-aġir tal-Gvern, jattakka lil Kap tal-Oppożizzjoni u jirreferi għal għexieren ta’ snin ilu, b’diskors miżgħud b’ismijiet bħal Karen Grech u Żeppi l-Ħafi.
19.52 – Il-Kelliem għall-Ġustizzja, Beppe Fenech Adami jgħid li dak kollu li ġara għandu jservi bħala tagħlima għal Prim Ministru. Jitlob lil Ministru Carmelo Abela, li issa qed jokkupa l-pożizzjoni li kellu l-Ministru Manwel Mallia, biex jerfa’ r-responsabbilta’ u jwettaq il-bidliet meħtieġa.
19.50 – Il-Kelliem għall-Ġustizzja, Beppe Fenech Adami jgħid li “Manwel Mallia was an accident waiting to happen“, minkejja t-twissijiet tal-Oppożizzjoni għal dawn l-aħħar għoxrin xahar. Iwissi lil Prim Ministru dwar Ministri u Segretarji Parlamentari oħrajn li huma ta’ riskju għal Gvern.
19.46 – Il-Kelliem għall-Ġustizzja, Beppe Fenech Adami jsaqsi jekk hawnx min jemmen li l-istqarrija li kiteb Kurt Farrugia toħroġ mingħajr ma jaraha l-Prim Ministru.
19.43 – Il-Kelliem għall-Ġustizzja, Beppe Fenech Adami jgħid li l-Gvern issa qed jiżra’ dak li ħasad.
19.41 – Il-Kelliem għal Ġustizzja, Beppe Fenech Adami jfakkar kif kien biss ftit tal-jiem ilu li d-deputati tal-Gvern għamlu eloġju lil Manwel Mallia, tant li l-Gvern għamel tinda barra l-Palazz Presidenzjali fejn Mallia ntlaqgħa b’ċapċip mill-partitarji Laburisti.
19.40 – Il-Kelliem għall-Ġustizzja, Beppe Fenech Adami jgħid li għandna poplu diżgustat u rrabjat bil-Gvern. Jgħid li wasalna s’hawnhekk għax il-Prim Ministru baqa’ b’ħalqu magħluq għal dak li kien qed jiġri fil-Ministeru ta’ Manwel Mallia.
19.38 – Il-Kelliem għall-Ġustizzja, Beppe Fenech Adami: “Kif jista’ jkollok Prim Ministru jgħid li l-Ministru huwa at home mal-kriminali?”
19.35 – Il-Ministru għall-Iżvilupp Sostennibli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima, Leo Brincat jgħid li f’Malta għandna bżonn Oppożizzjoni serja u li hu kburi bil-mod kif mexa l-Prim Ministru.
19.33 – Il-Ministru għall-Iżvilupp Sostennibli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima, Leo Brincat: “M’aħniex Gvern irresponsabbli imma Gvern li jisma’, jifhem u mbagħad iwettaq”.
19.30 – Il-Ministru għall-Iżvilupp Sostennibli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima, Leo Brincat: “Il-Gvern Laburista, wara dak li ġara, issa ħareġ iktar b’saħħtu.”
19.28 – Il-Ministru għall-Iżvilupp Sostennibli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima, Leo Brincat: Jgħid li Joseph Muscat jiddistingwi lilu nnifsu minn Gvernijiet passati minħabba li hu kien lest jitlob lil Ministru biex jirreżenja. Jgħid li r-recordings mhux bilfors għenu biex il-pubbliku jifhem dak li ġara.
19.25 – Il-Ministru għall-Ġustizzja, il-Kultura u l-Gvern Lokali, Owen Bonnici: Jappella lil poplu biex jifhem min hu tassew onest. Ifakkar li hemm inkjesta għaddejja fuq il-Kap tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil, b’referenza għal ġuri li Muscat qed jagħmel kontra l-Kap tal-Oppożizzjoni.
19.24 – Il-Ministru għall-Ġustizzja, il-Kultura u l-Gvern Lokali, Owen Bonnici: Jgħid li Joseph Muscat għolla l-istandards tal-politika f’dan il-pajjiż.
19.22 – Il-Ministru għall-Ġustizzja, il-Kultura u l-Gvern Lokali, Owen Bonnici: Jgħid li l-Gvern qatt ma seta’ jippublika t-transcripts kollha tax-xhieda, fuq parir tal-uffiċju tal-Avukat Ġenerali, minħabba li kien hemm inkjesta għaddejja.
19.19 – Il-Ministru għall-Ġustizzja, il-Kultura u l-Gvern Lokali, Owen Bonnici: Jikkwota l-Konvenzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem biex minnha jkompli jwissi lil Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil biex ma jikkritikax lil ġudikanti.
19.14 – Il-Ministru għall-Ġustizzja, il-Kultura u l-Gvern Lokali, Owen Bonnici: Iwissi lil Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil biex ma jikkritikax lil membri tal-ġudikatura iżda jikkritika biss lil membri tal-Gvern.
19.12 – Il-Kelliem għall-Intern u s-Sigurta’ Nazzjonali, Jason Azzopardi: “Dak li ġara fl-aħħar jiem juri inkompetenza ta’ Gvern li qatt ma kien lest biex jiggverna”.
19.10 – Il-Kelliem għall-Intern u s-Sigurta’ Nazzjonali, Jason Azzopardi: “In-nies qed jerġgħu jibżgħu mill-Pulizija”. Jason Azzopardi jqabbel dak li ġara fl-aħħar ġimgħat ma’ dak li kien jiġri fis-snin tmenin.
19.08 – Il-Kelliem għall-Intern u s-Sigurta’ Nazzjonali, Jason Azzopardi jikkummenta dwar bidliet fir-regoli biex jiddaħħlu membri ġodda fil-Korp tal-Pulizija. Fost oħrajn, issa jistgħu jiddaħħlu Pulizija persuni li wettqu reati “zgħar”.
19.06 – Il-Kelliem għall-Intern u s-Sigurta’ Nazzjonali, Jason Azzopardi: “Bħalissa għaddejja kaċċa fil-korp tal-Pulizija biex jaraw min għadda r-recordings lil midja. Din ġejja minn Gvern li jgħid li jiddefendi l-Whistleblowers’ Act”
19.04 – Il-Kelliem għall-Intern u s-Sigurta’ Nazzjonali, Jason Azzopardi jaqra mir-rapport tal-inkjesta u minnha jikkwota sentenza li tgħid li l-Prim Ministru “mar jorqod” qabel ma ntbagħtet l-istqarrija. Iqajjem dubji dwar jekk hux veru li l-Prim Ministru ta’ Malta mar jorqod waqt li kien qed jiżvolġi każ bħal dan.
19.03 – Il-Kelliem għall-Intern u s-Sigurta’ Nazzjonali, Jason Azzopardi jgħid li l-poplu qed jistaqsi: “Għandna Prim Ministru jew le f’dan il-pajjiż?”
19.01 – Il-Kelliem għall-Intern u s-Sigurta’ Nazzjonali, Jason Azzopardi: “Dak li ġara fl-aħħar jiem kien spettaklu patetiku, fejn il-Prim Ministru serva bħala l-Avukat Difensur. Dan filwaqt li l-maġġoranza tal-pubbliku Malti kien qed jesprimi nuqqas ta’ fiduċja fl-eks Ministru.”
18.55 – Il-Kelliem għall-Intern u s-Sigurta’ Nazzjonali, Jason Azzopardi jgħid li dak li ġara fl-aħħar ġimgħat ineħħi l-maskra minn Gvern li kien jaħseb li ma jista’ ħadd għalih.
18.54 – Il-Prim Ministru Joseph Muscat jgħid li se jkun qed jippublika r-rapport tal-inkjesta u li jinsab fil-Parlament b’sens ta’ umilta’, biex ikompli jtejjeb it-tmexxija tal-pajjiż.
18.53 – Il-Prim Ministru Joseph Muscat jgħid li d-deċiżjoni li kellu jieħu, “ħadha fi ftit tal-ħin.”
18.50 – Il-Prim Ministru Joseph Muscat jikkummenta dwar qtil ta’ immigranti li saru fis-snin li għaddew u filwaqt li jikkritika lil Gvern preċedenti, jipprova jiġġustifika l-aġir tiegħu fil-konfront tal-eks Ministru Manwel Mallia.
18.44 – Il-Prim Ministru Joseph Muscat jgħid li l-fiduċja fil-Korp tal-Pulizija ilha titnawwar u li hemm bżonn li tinbidel il-kultura.
18.41 – Il-Prim Ministru Joseph Muscat jgħid li Manwel Mallia jinsab indispost minħabba saħħtu u għadda ittra lil Kamra tad-Deputati fejn qal li se jibqa’ leali lejn il-Moviment Laburista.
18.39 – Il-Prim Ministru Joseph Muscat jgħid li l-Partit Nazzjonalista “immanipula l-informazzjoni” u qal li l-aġir tal-Partit Nazzjonalista se jwassal biex jitqajjem iktar suspett fuq l-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna.
//= $special ?>