Jiżdiedu wkoll il-ħlasijiet għal applikazzjonijiet li jidħlu tard
Il-Ministru Evarist Bartolo kompla jħabbar aktar żidiet fil-ħlasijiet tal-eżamijiet tal-Matsec wara li ftit tal-ġimgħat ilu kien ta dettalji fil-Parlament dwar iż-żidiet fil-ħlasijiet għall-eżamijiet fuq mistoqsijiet tal-Oppożizzjoni.
Minbarra ż-żieda li kienet diġà mħabbra fil-ħlas tal-eżamijiet tal-Matsec, il-Ministru Bartolo qal fil-Parlament li b’żieda ma’ dik l-informazzjoni, il-ħlas għal applikazzjonijiet li jidħlu tard żdied minn €46.59 għal €70.
Il-ħlas għal applikazzjonijiet li jidħlu tard ħafna, minn €46.59 u €23.29 kull suġġett sa massimu ta’ erba’ suġġetti, issa żdiedu għal €70 u €35 kull suġġett sa massimu ta’ erba’ suġġetti.
L-informazzjoni fuq dawn iż-żidiet ingħatat fil-Parlament għal mistoqsijiet li għamlet id-Deputat Nazzjonalista Marthese li staqsiet lill-Ministru Bartolo jagħti lista ta’ servizzi tal-Gvern li tħabbru fil-Baġit li se jkunu qed jogħlew, u b’kemm se jiżdiedu.
Tfisser ukoll li min-naħa tal-MCAST, filwaqt li ma kienx hemm żidiet ta’ miżati, minn din is-sena l-miżata amministrattiva marbuta mar-reġistrazzjoni tal-istudenti mal-awarding bodies barranin, tnaqqset minn €11.65 għal €10.
Dawn iż-żidiet isegwu ż-żidiet qawwija li għal ċeru eżamijiet kienet ta’ 186% aktar. Eżamijiet għal suġġetti oħrajn iż-żieda kienet ta’ 50% waqt li kien introdott ħlas ġdid.
Kien proprju fil-jum li l-Gvern ħabbar il-Baġit, li fi tweġiba għal mistoqsija Parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Joe Cassar, il-Ministru Bartolo kien ikkonferma b’kemm żdiedu l-ħlasijiet għall-eżamijiet. Dawn iż-żidiet il-Gvern ma nkludihomx fid-diskors tal-baġit.
Żidiet oħrajn kienu fil-ħlas ta’ reġistrazzjoni, li żdied bi €3.35 – minn €11.65 għal €15 (żieda ta’ 28.7%).
Is-suġġetti tas-SECE għolew b’€7.02, minn €13.98 għal €21 (żieda ta’ 50.2%); l-eżamijiet tal-Intermediate għolew b’€6.37 minn €18.63 għal €25 (żieda ta’ 34.2%); u tal-Matsec (livell avvanzat) b’€7.04 minn €20.96 għal €28 (żieda ta’ 33.6%.
Minbarra dawn iż-żidiet, iddaħħal ukoll ħlas għall-prattiku tas-SECE ta’ €10; filwaqt li l-prattiku tal-Intermediate u tal-MATSEC (Livell Avvanzat) minn €6.99 sar jiswa €20 (żieda ta’ 186.1%)
//= $special ?>