Sitt eks diretturi u deputati diretturi tas-CIA fetħu attakk kontra s-Senat Amerikan u akkużawh li bagħbsu evidenza għal rapport li saħaq li aġenti tas-CIA ttorturaw suspettati tal-grupp terroristiku al-Qaeda.
Huma jfissru l-inkjesta bħala waħda mimlija żballji, l-eks uffiċjali argumentaw li l-programm ta’ interrogazzjoni mis-CIA fil-fatt ‘salva eluf ta’ ħajjiet’ billi nqabdu terroristi prominenti ta’ al-Qaeda.
Fost it-terroristi li nqatlu b’riżultat dirett tat-tekniki kontroversjali, l-eks uffiċjali semmew lil Osama Bin Laden.
//= $special ?>