Skont l-Uffiċċju Meterjoloġiku fi ħdan l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, il-maltemp li laqat lill-gżejjer Maltin fl-aħħar sigħat mistenni jkompli anke’ għada, qabel jibda jbatti u tfeġġ ix-xemx fil-jiem ta’ wara.
Għal għada, il-Ħamis 11 ta’ Diċembru, l-Uffiċċju Meterjoloġiku qed ibassar li t-temp ikun imsaħħab u bix-xita jew b’ħalbiet tax-xita li jkunu bir-ragħad u qawwija kultant u possibilment bis-silġ f’xi nħawi li jsir ftit jew wisq imsaħħab b’xi ħalbiet tax-xita iżolati.
Ir-riħ mistenni jkun moderat għal ftit qawwi mill-Grigal li jdur mill-Majjistral it-Tramuntana u bil-buffuri tar-riħ qrib il-maltempati bir-ragħad. Il-baħar se jkun qawwi, li jsir moderat għal qawwi.
Għalhekk wieħed jappella għall-kawtela fit-toroq Maltin hekk kif hu mistenni li t-toroq jibqgħu mimlija b’ammont sostanzjali ta’ ilma. Dan hekk kif ix-xita ma taqta’ xejn li għamlet bejn iliera u matul il-ġurnata ta’ llum diġa’ għarrqet partijiet ta’ Malta.
Ritratt li ttieħed ilbieraħ grazzi għal Jerome Lonfat.
//= $special ?>