Lokali

Ħabta bejn tliet karozzi – tingħalaq parti minn triq ewlenija fil-Mosta

Parti minn Vjal Millbrae fil-Mosta tinsab magħluqa wara inċident li seħħ ftit tal-ħin ilu.

Jirriżulta li kawża tax-xita li ilha nieżla mil-lejl li għadda, karozza skidjat fin-niżla ta’ din it-triq f’Tarġa Gap, biswit l-MCAST, u kellha impatt ma’ żewġ vetturi oħra.

Fl-inċident kienu nvoluti Ford Escort, Toyota Hilux u vann tat-tip Bedford.

Is-sewwieq tal-Ford Escort ittieħed l-isptar Mater Dei għall-kura wara li ħass uġiegħ f’sidru.