Lokali

AĠĠORNATA: Marlene Farrugia issejjaħ Konferenza Straordinarja tal-PL

Id-deputat Laburista Marlene Farrugia qed issejjaħ lill-Partit tagħha biex ilaqqa’ immedjatament Konferenza Ġenerali Straordinarja. Dan sabiex tkun diskussa “is-sitwazzjoni li qed tiddeterjora malajr”.

Farrugia m’għamlet l-ebda referenza addizzjonali għal din “is-sitwazzjoni” preżenti fil-Partit Laburista.

MARLENE FB 2

AKTAR KMIENI

“Dan jista’ jkun il-bidu tat-tmiem għall-Moviment Laburista”.

Dikjarazzjoni qawwija ħafna li saret kmieni dalgħodu mid-deputat laburista Marelene Farrugia fuq Facebook. Farrugia issostni li ċertu żviluppi li seħħew wara l-każ tal-isparatura huma “xokkanti”.

MARLENE FB

Il-Moviment, issostni d-deputat Labuirista, qed juri sinjali ta’ xquq profondi. Filwaqt li skont Marlene Farrugia, il-partit laburista “mhu jagħmel xejn biex iwaqqaf milli jkompli jitkisser”. U tgħid li dan jaf ikun il-bidu tat-tmiem għall-Moviment Laburista.