Lokali

IL-ĠLIEDA FIŻ-ŻEJTUN: ma kienet ċajta xejn!

Żgur li ħafna jiftakru l-aħbar ippubblikata fis-sit MaltaRightNow.com ix-xahar li għadda dwar ġlieda kbira fiż-Żejtun. Kienet aħbar li l-portal tat-TVM irrapurtha bħala sempliċi ċajta. Stojra li saħansitra spiċċat fil-Parlament, bil-Prim Ministru Joseph Muscat jirreferi għaliha fir-replika għall-Baġit fejn b’mod sarkastiku prova jirredikola r-rappurtaġġ tagħna.

Iżda illum nistgħu nikkonfermaw li din il-ġlieda fiż-Żejtun ma kienet ċajta xejn.

F’email li ircivejna fl-aħħar sigħat, il-Pulizija ikkonfermawlna illi mill-istħarriġ li sar kien rriżulta li “it-telefonata li rrapurtat il-ġlieda ma kienitx ċajta”. It-Taqsima tal-Media fid-Depot qaltilna li f’dak il-lejl tat-23 ta’ Novembru kien hemm fil-fatt argument. U aħna għandna l-konferma li f’dan l-argument żviluppat ġlieda bejn numru kbir ta’ persuni.

Ritratt: Juri l-mod kif is-sit ta’ TVM irrapporta l-aħbar, fejn intqal li ma kienet xejn għajr ċajta