Ħarsa lejn il-gazzetti li ħarġu llum l-Erbgħa, l-10 ta’ Diċembru.
IN-NAZZJON ikompli jsegwi l-każ Manwel Mallia u jirrapporta kif Muscat falla fl-ewwel test veru għalih. Simon Busuttil jgħid li l-Prim Ministru missu aġixxa mal-ewwel, tliet ġimgħat ilu.
THE MALTA INDEPENDENT tgħid illi l-Prim Ministru ta żewġ għażliet lil Mallia – jew jirriżenja jew ikeċċih – u li tikkonferma li Muscat ma keċċiex mal-ewwel lil Manwel Mallia, imma ħalla l-għażla għalih.
Il-gazzetta MALTA TODAY tikkwota lill-Prim Ministru jgħid illi Mallia fadallu rwol x’jagħti fl-amministrazzjoni preżenti.
L-ORIZZONT huwa l-uniku ġurnal li jevita l-kliem “Manwel Mallia” fit-titli kollha li hemm fil-faċċata. Fl-aħbar ewlenija jgħid biss li Carmelo Abela inħatar Ministru.
THE TIMES OF MALTA fil-faċċata b’ritratt tal-Ministru l-ġdid, Carmelo Abela, u l-Kummissarju tal-Pulizija Michael Cassar. Tikkwota ukoll dak li ħareġ mill-Qorti fejn l-Iskoċċiż Stephen Smith qal illi beża’ għal ħajtu meta ra lix-xufier tal-eks Ministru Mallia bil-pistola f’idejh.
//= $special ?>