Internazzjonali

Impjegata tal-FBI x’aktarx tat tagħrif lill-IRA biex Margaret Thatcher tinqatel

Il-FBI issuspettat li segretarja fl-uffiċċju tagħha fi New York kienet qed twassal informazzjoni lil terroristi Irlandiżi tal-IRA li kellhom l-intenzjoni li jassassinaw lil Margaret Thatcher natul vjaġġ fl-Istati Uniti.

Mijiet ta’ paġni mill-files tal-FBI żvelaw kif l-ogħla aġenzija tal-infurzar fl-Istati Uniti ddedikaw riżorsi konsiderevoli sabiex ikunu lokalizzatui theddid fuq il-ħajja ta’ Lady Thatcher, kemm meta kienet prim ministru kif ukoll wara.

Fost id-dokumenti, jispikka memo tal-1992 minn dak li kien id-direttur tal-FBI, William Sessions, lil grupp żgħir ta’ aġenti fi New York. Dawn biex ikunu avżati li fosthom kien hemm spija tal-IRA.

Determinat li jaqta’ lill-ispija minn kull informazzjoni li tista’ tkun utli għall-IRA, William Sessions ordna li d-dokumenti kollha relatati mal-investigazzjoni dwar il-qtil, jintbagħtu lil żewġ aġenti fdati.