Internazzjonali

Imut Ministru Palestinjan waqt protesta

Ministru Palestinjan miet wara konfront ma’ truppi Iżraeljani waqt protesta fix-Xatt tal-Punent. Tobba Palestinjani qalu li Ziad Abu Ein miet kawża tal-gass tad-dmugħ waqt inċident qrib il-villaġġ ta’ Turmusaya.
Iżda diversi xhieda qalu li l-ministru ntlaqat f’sidru minn kontenitur tal-gass tad-dmugħ li ġie sparat mis-suldati.
Il-militar Iżraeljan qal li hu se jkun qed jistħarreġ ir-rapporti. Dan il-każ seħħ fi żmien meta qed jiżdiedu t-tensjonijiet bejn Iżrael u l-Palestinjani fir-reġjun.
F’dawn l-aħħar ġimgħat, 11-il Iżraeljan inqatlu mill-Palestinjani, fosthom ħamsa li qalgħu daqqiet ta’ sikkina u ġew sparati tiri lejhom f’sinagoga f’Ġerusalemm. Inqatlu wkoll tlettax-il Palestinjan.

Aktar dettalji fil-ħarġa ta’ għada ta’ IN-NAZZJON