Il-Kamra tal-Avukati esprimiet it-tħassib tagħha dwar il-kuntratti li għamel il-Gvern mal-Kummissarju tal-Pulizija u l-uffiċjali fl-għola karigi tal-Korp. Dan wara li l-Gvern iddeċieda li jingħataw kuntratt definit għal tliet snin, li jkun jista’ jiġġedded skont il-performance.
Il-Kamra tal-Avukati fi stqarrija użat kliem iebes għal dawn it-tip ta’ kuntratti. “Il-Kamra tħoss li dan il-metodu m’għandux jintuża f’ċertu karigi fil-Korp tal-Pulizija, li m’għandiex ikollha xi inċentiv biex jintgħoġbu mal-Eżekuttiv (il-Gvern)”.
Il-Pulizija għandhom ikollhom il-liberta’ u s-serenita’ li jaqdu dmirhom bl-aktar mod ħieles u awtonomu mill-Eżekuttiv, ittemm tgħid l-istqarrija.
Agħfas hawn biex tara l-istqarrija mibgħuta mill-Kamra tal-Avukati.
//= $special ?>