Minn Jannar sal-lum, in-numru ta’ immigranti li tilfu ħajjithom waqt vjaġġ bejn l-Afrika u l-Ewropa biex isibu għajxien aħjar kien ta’ 3,419.
Dan skont it-tagħrif miġbur mill-aġenzija tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati (UNHCR).
Mill-bidu tas-sena, sostna l-UNHCR, kien hemm aktar minn 207,000 immigrant li ppruvaw jaqsmu l-baħar Mediterran: ċifra kważi tliet darbiet aktar mir-rekord preċedenti tal-2011. Dan mindu 70,000 immigrant kienu ħarbu mill-pajjiżi tagħhom matul ir-Rebbiegħa Għarbija.
Aktar f’IN-NAZZJON ta’ għada u NET NEW illejla
//= $special ?>

