Internazzjonali Kurżitajiet

L-Ingliżi u l-lottu

Dan l-aħħar fir-Renju Unit inħarġu ftit ċifri interessanti dwar il-lotterija nazzjonali fil-pajjiż:

  • Ebda numru ma kien popolari daqs it-38 – bin-numru 13 ikun l-inqas popolari.
  •  Xiri mhux tas-soltu minn rebbieħa tal-lotterija jinkludi klabb tal-futboll u dgħajsa dejqa filwaqt li rebbieħ partikulari xtara l-proprjeta’ ta’ maġembu u bidilha f’pub.
  • Romford f’Essex għandha porzjon akbar ta’ rebbieħa minn lotteriji (aktar minn 50,000 Lira Sterlina) minn imkejjen oħra fil-pajjiż – b’wieħed minn kull 998 adult jirbħu somma sinifikanti.
  •  Hemm iżjed miljunarji ta’ lotteriji f’Birmingham (111) minn bliet Ingliżi oħrajn.
  •  F’Ottubru ta’ din is-sena, James Wilson ta’ 28 sena minn Gloucestershire ġabar 51,000 Lira Sterlina, 180 jum wara li telgħet il-lotterija – sigħat qabel ma skada l-ħin – wara li skopra l-biljett rebbieħ f’kartiera antika.
  • Fuq medja, rebbieħ jixtri bejn erba’ u ħames karozzi għalih innifsu u għall-familja immedjata.
  •  Ir-rebbieħa jieħdu, bejn wieħed u ieħor, bejn tliet jew erba’ vaganzi kull sena – bl-Istati Uniti, Dubaj u l-Gżejjer Canary l-aktar destinazzjonijiet popolari.
  •  Aktar minn 32 biljun Lira Sterlina nġabru mindu bdiet il-Lotterija Nazzjonali fl-1993.
  •  Madwar 70 fil-mija tal-adulti fir-Renju Unit jilgħabu l-lottu b’mod regolari.
  • L-iffinanzjar tal-Lotterija Nazzjonali għen biex ġew restawrati 6,000 sala fl-irħula.
  • Il-Lotterija Nazzjonali wkoll ħallset 57,000 veteran tal-gwerra biex imorru għal żjarat kommemorattivi.
  • L-ewwel Lotterija Nazzjonali saret nhar is-Sibt 19 ta’ Novembru 1994.
  • L-ewwel miljunarju ma tħabbarx qabel ma telgħet it-tieni lotterija, hekk kif l-ewwel jackpot inqasam bejn seba’ rebbieħa – u kull wieħed minnhom ħa miegħu d-dar 840,000 Lira Sterlina.
  •  Nofs ir-rebbieħa tal-jackpot waqfu mix-xogħol wara li saru miljunarji.
  • Madwar 95 fil-mija tar-rebbieħa qassmu l-flus mal-familja, filwaqt li 87 fil-mija taw flus lill-karita’ u 70 fil-mija qassmu l-flus lil xi ħbieb.
  • 85 fil-mija tar-rebbieħa mil-Lotterija Nazzjonali jagħżlu li jibqgħu anonimi.
  • L-ewwel seba’ numri li telgħu f’Novembru 1994 kienu 30, 3, 5, 44, 14 u 22 – in-numru bonus kien 10.
  • Statistikament, l-aktar numri rebbieħa li jitilgħu spiss huma 38, 23, 31, 25, 43, 33 u 44.
  • Xogħol volontarju mhux imħallas jittieħed minn 31 fil-mija tar-rebbieħa.