Għal sena ohra fil-Belt Valletta se jkunu organizzati ċelebrazzjonijiet Nazzjonali għal Milied u l-ewwel tas-Sena.
F’dawn iċ-ċelebrazzjonijiet organizzati mill-Kunsill Lokali tal-Belt u l-Fondazzjoni Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali il-pubbliku se jkun mistieden jattendi għall-attivitajiet bla ħlas.
Din is-sena, jumejn qabel il-Milied, il-faċċata kollha tal-Palazz fi Pjazza San Ġorġ se tkun trasformata bi storja viżwali.
Lejliet l-ewwel tas-sena, il-palk prinċipali se jkun fi Pjazza San Ġorġ fejn uħud mill-aqwa artisti Maltin, ser joħolqu divertiment għall-folla preżenti.
Il-Countdown għall-ewwel tas-sena se jsir flimkien mal-aħħar spettaklu tad-3D projection u logħob tan-nar.
//= $special ?>