Eluf ta’ djar fl-Iskozja jinsabu mingħajr provvista tad-dawl hekk kif maltemp qawwi ħakem zoni kostali fil-Punent tar-Renju Unit.
L-Uffiċċju Meteoroloġiku avża lil partijiet mill-Iskozja u mill-Irlanda ta’ Fuq biex ikunu ppreparati hekk kif il-maltempata li qed tiżviluppa malajr tista’ toħloq buffuri sa 130 kilometru fis-siegħa.
F’zoni tul il-kosta kien rapportat mewġ ta’ 14-il metru.F’Aberdeenshire, madwar 20 vettura spiċċaw mblukkata minħabba s-silġ.
Maltemp qalil fir-Renju Unit
